Il-Qrati Maltin jirrifjutaw appell finali mill-aħwa Degiorgio

Jinfetaħ il-bieb biex jibda l-ġuri kontra l-aħa akkużati illi wettqu l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia

L-aħwa Degiorgio
L-aħwa Degiorgio

Il-Qrati Maltin rriġettaw appell finali ta' George u Alfred Degiorgio - akkużati illi wettqu l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dan ir-rifjut issa jiftaħ it-triq għal ġuri, li sorsi qalu illi mhux mistenni jibda qabel Settembru. 

L-aħwa kien appellaw id-deċiżjoni tal-Imħallef Edwina Grima f'Ottubru li għadda. Huma kienu oġġezzjonaw għax-xhieda tal-ispettur Keith Arnaud li kienet tirreferi għal informazzjoni mill-mowbajls tagħhom, interċettati mis-Servizzi Sigrieti. 

Hu u jixhed fi stadju ta' kumpilazzjoni, Arnaud kien irrefera għal din l-informazzjoni mingħajr ma esebixxa mandat li jawtorizza tali interċettar tal-mowbajls. Huwa kien identifika lil wieħed mill-kelliema fit-telefonati bħala George Degiorgio. 

L-oġġezzjoni tal-aħwa kienet milqugħa fi stadju ta' appell u l-Qorti ordnat it-tneħħija tat-testimonjanza ta' Arnaud. 

More in Qrati u Pulizija