15-il sena ħabs wara li għal darbtjen stupra lil bintu ta' disa' snin

Il-każ ra d-dawl snin wara, hekk kif il-vittma kienet fetħet qalbha ma' membru tal-MUSEUM

Raġel ta' 47 sena ingħata sentenza ta' 15-il sena priġunerija wara illi ġurija b'mod unanimu sabitu ħati li darbtejn stupra lil bintu stess ta' disa' snin, darba fil-kamra tas-sodda tagħha u darba oħra fil-Kamra tas-sodda ta' ħuha.

Fid-dawl tal-unanimità tal-ġurija l-Imħallef Aaron Bugeja ta s-sentenza massima lill-akkużat. 

L-abbuż sar magħruf snin wara, wara li t-tifla fetħet qalbha ma' membru tal-MUSEUM. 

Fl-2015 l-akkużat kien għamel diversi talbiet, fosthom għax sostna li kien mċaħħad mill-aċċess ta' avukat waqt l-interrogazzjoni tiegħu u li d-detenzjoni tiegħu qabel ma beda l-ġuri kien jeċċedi l-limiti imposti mil-liġi. Dawn it-talbiet iżda ġew miċħuin mill-Qorti Kriminali, l-ewwel, u wara anke mill-Qorti Kostituzzjonali. 

Il-ġuri ma kienx miftuħ għall-pubbliku, 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-avukati Anthony Vella u Kaylie Bonnet mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li l-avukat Tonio Azzopardi mexxa d-difiża. 

More in Qrati u Pulizija