Janice Chetcuti tgħid li ġiet mgħajra 'qaħba kriminali' għax bieset lil kuġinuha f'awla

Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ċanfret lill-Chetcuti u talbet il-Kamra tal-Avukati biex tinvestiga dan l-aġir 'ta' diżrispett'

Il-Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni, Janice Chetcuti, saħqet li l-Maġistrat Yana Micallef Stafrace għajritha "l-agħar qaħba kriminal li qatt rat quddiem għajnejha." Dan ġara wara li Chetcuti, waqt li kienet fl-awla, iltaqgħet mal-kuġin tagħha, Melhino Mercieca, wara ħafna żmien u tagħtu bewsa fuq ħaddejh u tgħanniqa. 

Il-Maġistrat talbet lill-Kamra tal-Avukati biex tinvestiga għaliex "dehrilhom li għandhom joqgħodu jitbewsu waqt seduta." 

F'kumment li tat lit-Times of Malta hija saħqet li minkejja li dan kollu ġara ħmistax ilu, l-istorja ħarġet fil-pubbliku issa waqt li qed tikkonsidra l-pożizzjoni ta' Deputat Mexxej tal-Partit Nazzjonalista. Hija temmen li, li kieku din ġrat lil persuna oħra, l-istorja ma kinitix tiġi ppublikata. Hija qalet li qed tħossha redikolata għaliex l-istorja kienet qed titfaha f'dawl ikrah, bħal donnu kienet qed titbewwes ma' avukat ieħor fl-awla, "meta r-realtà kienet tindika mod ieħor." 

More in Qrati u Pulizija