Raġel jaqa' għoli ta' madwar sular wara li ċeda travu bih

Aktar tard ir-raġel ta' 25 sena ġie ċċertifikat li qed iosfri minn ġrieħi gravi 

Dalgħodu għall-ħabta tad-9:00am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza għax kien seħħ inċident f'sit ta' kostruzzjoni fi Triq il-Farfett, il-Marsa. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li ħaddiem mill-Mali ta' 25 sena sofra xi ġrieħi wara li ċeda travu bih u waqa' għoli ta' madwar sular waqt li kien qiegħed jaħdem.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin. 

More in Qrati u Pulizija