Raġel ta' 46 sena jaqla' daqqiet ta' sikkina wara argument fuq rimi ta' skart

Il-vittma jirrakkonta li kien rieqed fi ġnien fil-Marsa meta fetaħ għajnejh u sab raġel b'sikkina f'idejh

Ritratt mill-arkivji
Ritratt mill-arkivji

Raġel ta' 46 sena safa vittma ta' attakk b'sikkina wara li kien involut f'argument mal-akkużat ġimgħa qabel, hekk ki ċanfru wara li rema' l-iskart fil-pubbliku. Hekk qal il-vittma bħala parti mill-kumpliazzjoni ta' xhieda fil-Qorti. Huwa spjega li l-każ seħħ għall-ħabta ta' nofsinhar meta l-akkużat allegatament ta daqqiet ta' sikkina lill-vittma fi ġnien pubbliku, fil-Marsa.

"Kont rieqed u x'ħin ftaħt għajnejja sibt raġel b'sikkina f'idejh. Resaq lejja u pruvajt nipproteġi lili nnifsi mid-daqqiet," stqarr il-vittma. Spjega li kawża ta' hekk huwa kellu ġrieħi f'idejh tant li wassal biex kellu d-dmijja. 

Huwa rrakkonta li ġera lejn l-għassa tal-Pulizija tal-Marsa meta nnota li kellhu sikkina oħra. Jgħid li meta ra lill-uffiċjali għamlilhom sinjal li kellu bżonn l-assistenza u minn hemm qalulu biex jikkalma u ċemplu għall-ambulanza. Minn hemm huwa għamel tliet ijiem l-Isptar Mater Dei u rriżulta li tilef is-sensazzjoni fis-swaba' tal-id li ġiet midruba. Waqt din l-istess seduta huwa kkonferma li sussegwentement huwa ġie rilaxxat mill-Isptar u bħalissa mhux qiegħed jirċievi kura għall-ġrieħi. 

Ġimgħa qabel l-attak, iż-żewġt irġiel argumentaw fuq medda ta' tliet ijiem fuq il-vizzju tal-akkużat, li jarmi l-iskart. F'jum minnhom, l-allegat agressur waddab il-ġebel fid-direzzjoni tal-vittma qrib l-iskola tal-Marsa iżda l-vittma rnexxielu jaħrabhom. Dakinhar stess, raġel li kien għaddejja fl-akwati u li ra dan kollu jseħħ quddiem għajnejh avżahom li kien lest li jċempel lill-pulizija. 

Mistoqsi jekk hux ċert li kien proprju l-agressur li kien attakkah, il-vittma reġa' kkonferma li kien hu u qal li kien ilu jafu mill-2014, jiġifieri tmien snin. Intant il-Qorti appuntant espert forensiku biex ikun jista' jeżamina lill-vittma u jevalwa jekk hemmx kwistjonijiet tas-saħħa fit-tul, ikkawżati mill-attakk. Il-każ mistenni jkompli Ġunju li ġej. 

More in Qrati u Pulizija