Jingħata ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat li seraq flus kontanti minn karozzi f’Raħal Ġdid

Huwa ingħata l-ħelsien mill-arrest dalgħodu wara li wieġeb mhux ħati ta’ akkużi 

(Mill-Arkivji)
(Mill-Arkivji)

Raġel ta' 42 sena minn Ħaż-Żabbar ċaħad li seraq flus kontanti u oġġetti oħra minn karozzi pparkjati f’Raħal Ġdid aktar kmieni dan ix-xahar.

Huwa wieġeb mhux ħati ta’ akkużi ta’ serq aggravat relatat ma’ żewġ inċidenti separati li seħħew f’April.Ir-raġel, illi kellu kundanni fil-passat relatati ma’ reati simili, ġie akkużat ukoll li kiser ordni ta’ probation imposta mill-qorti.

Il-Maġistrat laqgħet it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest, u ħelset lir-raġel mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li josserva curfew. Il-libertà proviżorja kienet garantita b’depożitu ta’ €750 u garanzija personali ta’ €5000.

More in Qrati u Pulizija