Raġel iweġġa' gravi wara li waqa' tliet sulari ġo xaft

Huwa kien qiegħed jagħmel xi xogħol f'appartament fil-Ħamrun

Ilbieraħ, fi Triq San Vinċenz il-Ħamrun, raġel ta' 22 sena residenti Marsaskala weġġa' wara li waqa' madwar tliet sulari ġo xaft. Għall-ħabta tas-sitta ta' filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi blokka ta' appartamenti u mill-ewwel stħarriġ prelimirari li sar irriżulta li dan weġġa' waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f'appartament. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa' gravi.

Intant il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

More in Qrati u Pulizija