L-Unjin Maltija tal-Pulizija bi protest ġudizzjarju kontra l-Avukat Ġenerali

... hija qalet li tinsab iddiżgustata bil-patteġġjament mat-Topo li permezz tiegħu waqgħu l-akkużi ta' attentat ta' qtil fil-konfront ta' uffiċjali tal-pulizija

"Il-patteġġjament bejn l-Avukat Ġenerali u Daren Debono kisser il-moral fil-Korp tal-Pulizija u anke wassal għal riżenj." Hekk sostiet l-Unjin Maltija tal-Pulizija dalgħodu fi protest ġudizzjarju kontra l-istess Avukat Ġenerali fuq dan il-patteġġjament ma' Debono - magħruf bħala t-Topo, li fih akkużi relatati mal-attentat ta' qtil ta' numru ta' uffiċjali kienu mwaqqgħin bil-patt li dan jixhed kontra Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu dwar is-serqa tal-HSBC f'Ħal Qormi fl-2010. 

Fi protest iffirmat mill-Avukat David Bonello l-unjin esprimiet "tħassib, konfużjoni u diżgust" għal dan il-kompromess ma' persuna li "bla mistħija spara lejn membri tal-Korp." 

Hija ddeskriviet dan il-patteġġjament bħala daqqa ta' ħarta f'wiċċ il-membri u l-uffiċjali tal-pulizija hekk kif "b'mod ċar l-Avukat Ġenerali ma ħaditx f'kunsiderazzjoni il-ħsara li dan il-pass se jkollu fuq il-moral tal-pulizija u l-messaġġ li qed jgħaddi." 

"Faċli tkun bilqgħieda l-uffiċċju u twaqqa' akkużi ta' omiċidju... dan huwa l-grazzi tal-Avukat Ġenerali lill-pulizija," jgħid il-protest ġudizzjarju tal-unjin. 

 

More in Qrati u Pulizija