Erba' akkużati f'konfoffa ma' ulied John Dalli laħqu mietu qabel ma' tkompla l-każ fuq frodi

Uffiċjali tal-OLAF titlob lill-Qorti biex tittieħed azzjoni fuq Louisa Dalli u Claire Gauci Borda

Illum kompliet il-kumpliazzjoni t'evidenza kontra l-aħwa Louisa Dalli u Claire Gauci Borda, ulied il-Kummissarju Ewropew John Dalli. L-aħwa qed jiġu akkużati li ħolqu skema Ponzi li minnha allegatament għamlu total ta' €533,400 ($600,000). B'din l-iskema ġew frodati numru ta' pensjonanti Amerikani fejn tilfu flus li kienu ilhom iwarrbu ħajjithom kollha. Minn seduti preċedenti irriżulta li l-flus, li saru minn din l-iskema, ġew mgħoddija lill-kumpanija rreġistrata fuq l-indirizz ta' John Dalli, f'Portomaso. 

L-Avukat Stefano filletti, innota li kien hemm għadd ta' dokument nieqsa. Dawn id-dokumenti kellhom jagħmlu parti minn rapport maħruġ mill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF).

F'dan il-każ, li ilu għaddej mill-2018, l-aħwa Dalli, flimkien ma' Eloise Corbin Klien, Charles Ray Jackson, Elizabeth Jean Jackson u Robert Mitchell Mclvor ġew akkużati bi frodi, misapproprjazzjoni, falsifikazzjoni u dikjarazzjonijiet foloz lill-awtoritajet pubbliċi. Jidher iżda li peress li kien hemm xi dewmien kawża ta' diffikultajiet proċedurali, erba' mill-akkużati mietu, Corbin Klein mietet kmieni din is-sena. 

Intant f'Settembru l-ispettur Hubert Cini ppreżenta kopja tar-rapport OLAF, taħt ordni tal-Qorti, hekk kif numru ta' uffiċjali mill-OLAF talbu li tittieħed azzjoni fuq l-aħwa. 

More in Qrati u Pulizija