Inċident tat-traffiku jwassal għal mewt ta' żagħżugħ ta' 21 sena

Tfajla ta' 19-il sena li kienet fil-vettura, iċċertifikata bi ġrieħi serji 

Ismael Grima, żagħżugħ ta' 21 sena, residenti San Ġiljan, tilef ħajtu kmieni filgħodu hekk kif kien ivolut f'inċident tat-traffiku fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħal-Luqa. Il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tas-siegħa ta' filgħodu. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li BMW 320 CD Sport, misjuqa miż-żagħżugħ tilfet il-kontroll, ħabtet ma' ċint u spiċċat ġo għalqa. Miegħu kien hemm ukoll tfajla ta' 19-il sena residenti Ħal Qormi. 

Minkejja li fuq il-post issejjaħ tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu, sfortunatament iż-żagħżugħ ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Intant it-tfalja ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t'ambulanza għall-kura meħtieġa fejn ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejin. 

More in Qrati u Pulizija