Il-kuntrattur li ħalla lill-ħaddiem tiegħu fuq bankina jingħata l-ħelsien mill-arrest

Dan sar fuq depożitu ta' €10,000 u garanzija personali ta' €30,000

L-akkużat dieħel il-Qorti
L-akkużat dieħel il-Qorti

Glenn Farrugia, il-kuntrattur li ġie akkużat illi tefa' impjegat tiegħu ma' bankina wara li dan kien waqa' u weġġa', ingħata l-ħelsien mill-arrest. Farrugia, li huwa wieħed miż-żewġ shareholders tal-kumpanija J&G Farrugia Contractors, kien qed jinżamm taħt il-kustodja tal-Pulizija fl-aħħar jiem wara illi kien se jieħu lill-impjegat tiegħu l-Isptar imma minflok niżżlu mill-vann f'Selmun u telqu fuq bankina. 

Quddiem il-Qorti huwa kien akkużat illi kkawża ġrieħi gravi fuq Lamin Jaiteh mill-Gambja, kif ukoll diversi akkużi relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Qed ikun akkużat ukoll li hu ma ħallasx lill-vittma talli kien qed jaħdem f'festa pubblika, li ma ħallsux għal leave li ma ħallsux bonuses u li ħallaslux il-bolla. 

Wara tmien sigħat ta' smigħ maratona fil-Qorti il-Maġistrat Marseanne Farrugia rrilaxxat lill-akkużat mill-arrest wara li semgħet lix-xhieda. 

Huwa kien ordnat iħallas depożitu ta' €10,000 u garanzija personali ta' €30,000. Huwa jrid jiffirma tliet darbiet fil-ġimgħa u jkun id-dar wara ċertu ħin. 

 

More in Qrati u Pulizija