Akkużat li ffroda lill-Gvern Amerikan $50 miljun; Arrestat f'Malta dalgħodu

Skont il-Pulizija r-raġel wasal Malta dalgħodu u ġie arrestat wara ħidma konġunta bejn l-Awtoritajiet Maltin u dawk Amerikani

Anzjan ta' 68 sena ġie arrestat f'Malta hekk kif qed ikun imfittex mill-Awtoritajiet Amerikani.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat kif ir-raġel qed ikun akkużat b'tixħim, ħasil ta' flus u frodi ta' madwar $50 miljun lill-Gvern Amerikan.

Jidher li r-raġel wasal Malta ilbieraħ u kien arrestat kmieni dalgħodu wara ħidma konġunta bejn l-Awtoritajiet Maltin u Amerikani.

Huwa ser jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace.

Il-Prosekuzzjoni ser titmexxa mill-Ispetturi Robinson Mifsud u Omar Zammit mit-Taqsima tar- Relazzjonijiet Internazzjonali.

More in Qrati u Pulizija