Anthony Debono - ir-raġel tal-eks Ministru Nazzjonalista Giovanna Debono - reġa' kien meħlus minn kull akkuża li rabtitu mal-iskandu ta' 'xogħlijiet għall-voti" f'Għawdex b'akkużi ta' diversi xogħlijiet li saru f'diversi lokalitajiet mingħajr ħlas jew sejħa pubblika. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara Appell mill-Avukat Ġenerali wara li Debono kien diġà inħeles mill-akkużi kontrih mill-Maġistrat Neville Camilleri, li kien iddeċieda illi l-informazzjoni mogħtija mill-kuntrattur u whistleblower Joseph Cauchi ma kienx biżżejjed biex ikun ippruvat l-każ mingħajr ebda dubju.
Fl-ewwel reazzjoni l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sostna li llum il-Qorti kkonfermat "li saret kampanja ta’ gideb kontra Tony u Giovanna Debono, intiża biss biex tħammeġ ir-reputazzjoni tagħhom."
Huwa qal li għalhekk qed jistenna li l-PM Robert Abela jitlob apoloġija f'isem il-Partit Laburista "għall-kampanja tal-assassinju tal-karattru li saret fil-konfront ta’ Tony u Giovanna Debono."