L-Avukat Ġenerali jitlob għal sentenza ta' għomor il-ħabs għal Fenech fuq l-assassinju ta' Daphne

L-Avukat Ġenerali jippubblika l-Att ta' Akkuża kontra Yorgen Fenech b'mod formali

L-Avukat Ġenerali llum ippubblika l-Att ta' Akkuża formali kontra Yorgen Fenech - li qed ikun akkużat bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia nhar is-16 ta' Ottubru 2017. L-intraprenditur, li kien sid 17 Black u wieħed mid-diretturi tal-Power Station il-ġdida mmexxija mill-Electrogas - qed ikun akkużat li kien kompliċi fl-assassinju, filwaqt li qed ikun akkużat ukoll illi kien parti minn konspirazija kriminali.

Filwaqt li qed jitlob għal sentenza ta' għomor il-ħabs għall-akkuża tal-assassinju, l-Avukat Ġenerali qed jitlob lill-Qorti biex tgħaddi sentenza ta' bejn 20 u 30 sena għat-tieni akkuża. 

Sorsi legali qalu lis-sit maltatoday illi dan kważi jneħħi kwalunkwe possibilità li Fenech jingħata l-ħelsien mill-arrest. 

L-Att ta' Akkuża kien iffirmat mid-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia, propju qabel applikazzjoni għall-ħelsien mill-arrest ta' Fenech kellha tidher dalgħodu quddiem il-Qorti Kriminali. 

More in Qrati u Pulizija