Mara arrestata b'rabta mal-qtil ta' raġel fil-Mellieħa u se titressaq il-Qorti llum

Il-Pulizija jsolvu l-omiċidju li seħħ il-ġimgħa l-oħra li ħalla raġel Filippin bla ħajja

Fl-aħħar sigħat issoktaw l-investigazzjonijiet dwar l-omiċidju li seħħ fil-Mellieħa. Filippin ta’ 44 sena kien nstab mejjet wara li allegatament qala’ daqqiet ta’ sikkina f’appartament fi Triq il-Fortizza.

Illum, il-Pulizija tal-Iskwadra tal-Omiċidji fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett tal-Qawra jinsabu f’pożizzjoni li jressqu l-Qorti l-mara ta’ 44 sena li se tkun akkużata b’dan il-każ.

Hija se titressaq għall-ħabta tas-1:00 p.m quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.

Il-Prosekuzzjoni se titmexxa mill-Ispetturi Shawn Pawney u Godwin Scerr

More in Qrati u Pulizija