Żagħżugħ jammetti li għamel ħsara fuq żewġ karozzi kif ukoll aggredixxa lill-pulizija

Iż-żagħżugħ Ingiż mill-Mosta wieġeb ħati tal-akkużi 

Żagħżugħ li għamel ħsara fuq żewġ vetturi u aggredixxa uffiċjali tal-pulizija waqt li kien fis-sakra hu mistenni li jiġi kkundannat il-ġimgħa d-dieħla, wara li hu wieġeb ħati tal- akkużi.

Hu ġie mressaq kmieni dalgħodu, akkużat bi ħsara volontarja fuq propjetà kif ukoll li rreżista bil-qawwa liż-żewġ uffiċjali tal-pulizija fil-qadi ta' dmirijithom. Dan billi heddidhom, intimidahom u injora l-ordnijiet legali filwaqt li kiser il-paċi pubblika waqt li kien inkapaċi li jieħu ħsieb tiegħu nnifsu f'post pubbliku.

Il-qorti osservat li l-maġġoranza tal-akkużi kienu kontravenzjonijiet, iżda li "l-attakk fuq l-uffiċjali kien reat serju, anke jekk ħadd minnhom ma weġġa." 

Iż-żagħżugħ Ingliż wieġeb ħati tal-akkużi iżda l-maġistrat ressaq il-każ għal nhar it-Tnejn filgħodu. L-akkużat se jibqa' arrestat sa dakinhar.

More in Qrati u Pulizija