Il-ONE u n-NET jitolbu biex jintervjenu fil-każ 'li qed jhedded l-eżistenza tagħhom'

Il-każ li infetaħ minn Chris Peregin kontra l-Avukat tal-Istat u jitlob lill-Qorti tiddikjara li Artiklu 13 tal-Att dwar ix-Xandir huwa anti-kostituzzjonali 

Chris Peregin
Chris Peregin

L-istazzjonijiet tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista appellaw għall-intervent tagħhom fil-każ li fetaħ il-Kap Eżekuttiv ta' Lovin Malta Chris Peregin, għax qed jgħidu illi dan il-każ jhedded l-eżistenza tagħhom. 

Il-każ li infetaħ kontra l-Avukat tal-Istat jitlob lill-Qorti tiddikjara li Artiklu 13 tal-Att dwar ix-Xandir huwa anti-kostituzzjonali għax Peregin jinsisti li dan jippermetti lill-awtorità li tinjora s-suġġettività u tippermetti l-propoganda fuq il-premessa li l-ONE u n-NET jibbilanċjaw lil xulxin. 

Fi smigħ preliminarju dalgħodu quddiem l-Imħallef Ian Spiteri Bailey il-partijiet ma oġġezzjonawx għat-talba tal-ONE u n-NET. 

L-avukat Pawlu Lia f'isem il-ONE argumenta illi jekk il-Qorti taċċetta l-argument ta' Peregin, dan "ikollu effetti serji fuq l-operazzjoni tal-istazzjon u allura tal-eżistenza tiegħu."  L-Avukata Veronica Perici Calascione li qed tidher għal Media.Link se tiddikjara l-interessi tal-kumpanija fil-jiem li ġejjin. 

 

More in Qrati u Pulizija