Eks Supretedent tal-Pulzija arrestat u interrogat fuq leaks lil Melvin Theuma

... kien Theuma nnifsu li kixef kif kien qed jistenna lista li tagħtih l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet tiegħu li kien se jsir ir-rejd fuqhom

 L-eks Supretendent tal-Pulizija Ray Aquilina kien arrestat illum u qed ikun interrogat dwar allegazzjonijiet li kien qed jgħaddi informazzjoni dwar rejds tal-pulizija relatati ma' ħasil ta' flus, lis-sensar fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma 

Theuma xehed fil-Qorti kif kien qed jistenna li jirċievi lista illi fiha jkun hemm dettalji dwar liema mill-proprjetajiet tiegħu se jsir rejd fuqhom mill-pulizija f'Novembru 2019. Il-lista kellha tiġi mingħand Aqulilna. 

Il-Pulizija kienu qed jippjanaw li jużaw ir-rejd relatat mal-ħasil tal-flus bħala mod kif jidħlu fid-dar ta' Theuma u jinterċettaw konverżazzjonijiet irrekordjati bejn is-sensar fl-assassinju u Yorgen Fenech, li l-istess Theuma qed jgħid li huwa l-moħħ wara l-qtil tal-ġurnalista fl-2017.

Huwa allegat li Theuma saħansitra kien jaf liema uffiċjal tal-pulizija kien se jinterrogah.  

Meta kien arrestat iżda kien hemm uffiċjal differenti milli ħaseb u allura malli induna li mhux se jinħeles mill-akkużi ta' ħasil ta' flus, kixef dak li jaf fuq l-assassinju ta' Caruana Galizia u għadda lill-pulizija l-konverżazzjonijiet li kien irrekordja u li sussegwentement ħafna minnhom instemgħu fil-Qorti diġà.

 

More in Qrati u Pulizija