Il-Qorti tordna li l-istqarrija ta' Ivan Martin lill-pulizija tingħata lil Mercieca u Caruana Curran

Il-ġurnalist kien allega li dawn iż-żewġ avukati li jiffurmaw id-Difiża ta' Yorgen Fenech, kienu offrewlu "bejn żewġ u erba' noti ta' €500" biex ixaħħmuh

Il-Qorti ordnat li kopja tad-dikjarazzjoni li ġurnalist għamel fil-konfront taż-żewġ avukati ta' Yorgen Fenech - Charles Mercieca u Gianluca Caruana Curran - quddiem il-Pulizja tingħata lill-istess avukati.  

Il-ġurnalist ta' The Times Ivan Martin kien allega li dawn iż-żewġ avukati kienu offrewlu "bejn żewġ u erba' noti ta' €500" biex ixaħħmuh. 

Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberas fid-Digriet tagħha qalet illi l-Qorti ma tistax tara kif dan l-aċċess jista' b'xi mod jhedded il-ħajja jew jikser id-drittijiet fundamentali tal-ġurnalist in kwistjoni. 

Martin kien qal illi hu kien irċieva messaġġ fuq il-WhatssApp illi fih Mercieca jitlob li jiltaqa' miegħu fl-uffiċċju tiegħu, fil-Belt Valletta.  Waqt il-laqgħa Caruana Curran, Mercieca u Martin iddiskutew serje ta' stejjer bħala kampanja, mid-difiża ta' Fenech, biex il-kredibilità ta' Melvin Theuma tkun imminata. 
 

More in Qrati u Pulizija