Iċ-Ċaqnu mmultat €22,000 fuq zoo bla permess f'Montekristo

Charles Polidano kien diġa' nħeles minn akkużi kriminali kontrih wara li tigra kienet attakkat tifel żgħir

Charles Polidano
Charles Polidano

L-iżviluppatur u sid ta' zoo Charles Polidano, magħruf aħjar bħala 'iċ-Ċaqnu' kien immulat €22,000 fuq ksur tad-drittijiet u ben esseri tal-animali fiż-zoo tiegħu, fil-kumpless Montekristo. 

Polidano kien imressaq il-Qorti fl-2015 wara li kien qed iżomm annimali fi stabbilimenti mhux approvati bil-konsegwenza li kien qed joħloq tbatija bla bżonn lill-annimali, ma rreġistrahomx u trasportahom kif ukoll rabbiehom mingħajr permess mill-awtoritajiet ikkonċeranti.  Huwa kien akkużat li kien sid ta' zoo illegali u li huwa riċediv. 

Minkejja li għall-ewwel kien wieġeb mhux ħati għall-akkużi kontrih, f'Ottubru tas-sena l-oħra ammetta l-ħtija. 

Il-Qorti sabet illi Polidano ma setax jinsab ħati ta' żamma ta' ħnieżer b'mod illegali, minħabba li dan ma baqax iktar offiża u lanqas li huwa riċediv. 

Polidano kien diġa' nħeles minn akkużi kriminali kontrih wara li tigra attakkat tifel żgħir f'dan l-istess zoo.  Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat din id-deċiżjoni. 

L-Ispettur Jurgen Vella mexxa l-Prosekuzzjoni. 

More in Qrati u Pulizija