Żagħżugħ ta' 26 sena akkużat li kien qed jikri proprjetà li mhix tiegħu

Xellef difrejh mal-liġi diversi drabi fosthom b'serq ta' identità u serqa minn kafetterija - għalhekk ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest

Raġel ta' 26 sena minn Ta' Xbiex kien akkużat bi frodi wara li kera proprjetà li ma kinitx tiegħu, waqt li kiser ordni ta' probation u l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. 

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjubin kontrih. 

L-akkużat kien tħalla joqgħod fi proprjetà li wara hu kien kera lil terzi persuni.  Meta s-sid skopra x'kien qed jiġri, informa lill-pulizija.  Din ma kinitx l-ewwel darba li l-akkużat xellef difrejh mal-liġi hekk kif kien akkużat b'serqa f'kafetterija filwaqt li kien arrestat minħabba serq ta' identità fl-2016. 

L-Avukat Noel Bartolo qal illi l-aħħar żmien wera' li hu kien qed jobdi l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest filwaqt li qal illi l-akkuża ta' ksur tal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest tista' tkun sosnuta biss jekk jinstab ħati.

Minħabba li kien għadu ħiereġ mill-ħabs u kien bla xogħol l-avukat tal-għajnuna legali appella lill-Qorti biex jingħata garanzija personali mhux ikun ordnat iħallas depożitu.  

Il-Qorti iżda ma aċċettatx it-talba għall-ħelsien mill-arrest, minħabba li l-akkużat huwa riċediv. 

L-Ispettur Jonathan Ransley mexxa l-Prosekuzzjoni

More in Qrati u Pulizija