'Kont narah ħafna Kastilja lil Yorgen Fenech' - eks Assistent ta' Keith Schembri

Charlene Bianco Farrugia tgħid li kienet tara lil Yorgen Fenech ħafna drabi f'Kastilja

Yorgen Fenech imdawwar bil-ġurnalisti
Yorgen Fenech imdawwar bil-ġurnalisti

"Iva kont narah ħafna Kastilja (lil Yorgen Fenech).  Ma nafx kienx jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi imma iva rtajtu ħafna drabi hemmhekk."

Hekk qalet Charlene Bianco Farrugia hekk kif kienet qed tixhed illum fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Bianco Farrugia kienet l-assistenta personali ta' Keith Schembri u fl-2016 saret tieħu ħsieb il-proġetti tal-Gvern u allura tal-ministeri kollha

Skont rapporti fuq il-midja, Bianco Farrugia kienet iltaqgħet mal-intermedjarju Melvin Theuma f'Kastilja tliet ġimgħat wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. 

Xehed ukoll Ronnie Vella, illum Projects Manager fi Transport Malta u li kien jaħdem fl-uffiċċju tal-Komunikazzjoni ta' Kastilja. 

Vella kien mistoqsi jekk qattx segwa lil xi ħadd f'ħanut tal-kafè fir-Rabat.  Iżda Vella jirrispondi fin-negattiv bil-Maġistrat Abigail Lofaro tfakkru li jinsab taħt ġurament u ma jistax jigdeb.

"Kieku ngħidlek li kont ma' xi ħadd f'ċertu bar ..." jgħid l-Imħallef Emeritus Said Pullicino.  Imma Vella jinsisiti li ma jiftakar xejn, minkejja li jintwerew diversi ritratti tiegħu f'ħanut partikoli fir-Rabat.

Mistqosi jekk qattx ra lil Yorgen Fenech f'Kastilja, Vella wieġeb li qatt ma rah fit-tielet sular u sar jaf bih biss mill-aħbarijiet.

Din l-inkejsta qed issir biex ikun determinat jekk il-qtil tal-ġurnalista f'Ottubru 2017 setax kien evitat.

More in Qrati u Pulizija