Jhedded tfajla b'sikkina biex tagħtih il-flus

Serqa minn ħanut fil-Mosta twassal biex raġel ħarab b'ammont ta' flus kontanti

Raġel, liebes hoody li armat b’sikkina daħal f’ħanut fil-Mosta u hedded l-impjegata biex tagħtih il-flus.

Is-serqa seħħet ilbieraħ waranofsinhar fi Triq Sant’Anna, il-Mosta.

Meta daħal fil-ħanut, kien hemm biss tfajla ta’ 18-il sena li għamlet kif ordnalha.

Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija mill-Għassa tal-Mosta. 

More in Qrati u Pulizija