Omm itterrorizzata minn binha ... jittella' l-Qorti akkużat li qalbilha d-dar u għerriqielha

Żagħżugħ jittella' l-Qorti akkużat illi qed jitterrorizza lill-ommu stess

Żagħugħ miż-Żejtun inżamm taħt arrest wara li kisser u qaleb lkollox fid-dar ta' ommu. 

L-Ispettur Trevor Micallef qal lill-Qorti illi s-Sibt filgħodu omm l-akkużat ċemplet lill-pulizija u qalet li dan kien ikkawża ħsarat fid-dar tagħha u ħalla l-vit miftuħ, apposta, bil-konsegwenza illi għerreq partijiet mill-istess dar. Hi qalet li din mhux l-ewwel darba li sfat itterrorizzata fid-dar tagħha stess.

L-akkużat, li m'għandux xogħol u qed jgħix fuq il-benefiċċji, wieġeb mhux ħati. 

F'dan il-punt ma kienx mitlub il-ħelsien mill-arrest għalkemm id-difiża talbet biex il-prosekuzzjoni tressaq kemm jista' jkun malajr ix-xhieda. Qed titlob ukoll li l-akkużat ikun trattat għall-alkoħoliżmu. 

Il-Maġistrata Simone Grech qed tippresjiedi fuq il-każ. 

More in Qrati u Pulizija