Sitt xhur ħabs, multa u skwalifika għal xufier li tajjar anzjan fl-2016

L-anzjan kien tilef ħajtu wara li ntlaqat mill-karozza tat-tip BMW 

 Xufier li kkawża l-mewt ta' persuna li kienet qegħda taqsam it-triq fl-2016 ingħata sentenza ta' sitt xhur priġunerija, kien skwalifikat milli jsuq għal ħames snin u ngħata multa ta' €2,000.  

L-akkużat ta' 36 sena kien qed isuq karozza tat-tip BMW waqt lejla f'Awwissu ta' dik is-sena meta laqat lil raġel ta' 79 sena.

L-akkuat kien argumenta illi l-vittma kien qed jaqsam it-triq mingħajr attenzjoni b'mod li ma setax jevità milli jolqtu. 

Il-Maġistrat Doreen Clarke, fis-sentenza tagħha osservat illi wiċċ it-triq kien niexef u ma kienx ebda marki li juru illi l-karozzja skidjat. Hi nnutat ukoll illi l-anzjan kien diġa mexa tliet kwarti mit-triq li kien qed jaqasam meta ttajjar. Il-vittma tar 18-il metru mill-post li fih kien milqut mill-karozza. 

Il-Qorti nnutat ukoll li fil-ħin il-viżibilità kienet tajba. 

Fil-kunsiderazzjonijiet tagħha il-Maġistrat innutat kif l-akkużat kien xufier ta' esperjenza u li diġa kellu akkuża oħra relatata ma' sewqan perikoluż. 

L-avukati Joe Giglio u Sarah Mifsud dehru parte civile għall-vittma. 

 

More in Qrati u Pulizija