Multa ta' €50 flok ħabs għal raġel li nstab ħati b'pussess aggravat ta' droga

L-appellant kien instab ħati ta’ pussess aggravat ta' droga u b’hekk ngħata s-sentenza ta’ disa’ xhur ħabs u multa ta’ €800.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti tal-Appell biddlet is-sentenza tal-ewwel Qorti li kienet ikkundannat raġel ta’ 31 sena disa’ xhur ħabs għal multa ta’ €50.

Fl-2015, l-appellant kien instab ħati ta’ pussess aggravat ta' droga u b’hekk ngħata s-sentenza ta’ disa’ xhur ħabs u multa ta’ €800.

Fl-appell ġie spjegat kif ir-raġel kien nstab ħati fuq ix-xhieda ta’ persuna oħra li mal-Pulizija qalet li kienet xtrat id-droga kokaina minn għand l-appellant. Xhur wara l-Pulizija kienet għamlet rejd fid-dar tiegħu u sabet qratas tal-plastic vojta, u traċċi ta’ trab abjad li aktar tard kien ikkonfermat bħala kokaina. Madanakollu fl-appell, huwa qal li x-xhieda tat-talli persuna ma kienetx konvinċenti u għamel referenza wkoll lejn il-fatt li dan biddel il-verżjoni tiegħu għal kemm-il darba.

Fis-sentenza tiegħu l-Imħallef Giovanni Grixt  qal li għalkemm is-sentenza tal-ewwel qorti kienet dettaljata, loġika u bbażata fuq prinċipjilegali korretti, huwa xorta kellu “dubju” dwar il-ħtija.

Il-Qorti qalet li mhix konvinta li l-każ kontra l-appellant ġie ppruvat kif meħtieġ fil-proċess tal-ġustizzja kriminali. 

Fid-dawl ta’ dan il-Qorti bidlet is-sentenza ta’ 9 xhur priġunerija u multa ta’ €800 f’multa ta’ €50.

L-Avukat Arthur Azzopardi deher għall-appellant.

More in Qrati u Pulizija