Anzjan jaqa' u jweġġa' waqt li qed jiġri wara mara li serqitu

L-akkużata allegatament ħatfet €20 minn id l-anzjan waqt li kien qed jixtri l-ħobż

Anzjan spiċċa bi ġrieħi f’wiċċu hekk kif ġera wara ħalliela li serqitlu €20 minn idu fit-triq.

Il-mara ta’ 48 sena, tressqet il-Qorti dalgħodu, bil-prosekuzzjoni tispjega kif l-akkużata ma għandhiex dar u tbati mill-vizzju tad-droga.

Jidher li serqet lill-anzjan quddiem forn f’Ħal Qormi fejn mar biex jixtri l-ħobż.

Il-vittma ġera warajha iżda waqa’ u ħabat wiċċu.

L-akkużata qed twieġeb mhux ħatja tal-akkużi, fosthom li kissret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest fejn kienet ilha ġimgħat ma tmur tiffirma fl-għassa.

Fil-fatt, l-aħħar li ffirmat l-għassa, kien fl-14 ta’ Awwissu.

Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest u spjegat li l-akkużata se tmur toqgħod ma’ ommha.

Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat, fosthom għax il-mara kisret il-kundizzjonijiet li kienu imposti fuqha diġà mill-Qorti.

Il-Qorti ordnat li l-mara tinżamm arrestata.

More in Qrati u Pulizija