Jaħarbu mid-detenzjoni ġimgħa wara li waslu Malta

Iż-żewġ żgħażagħ ingħataw sentenza ta' sitt xhur ħabs kull wieħed

Żewġ immigranti żgħażagħ ta’ 21 u 22 sena, it-tnejn mill-Marokk, ġew arrestati wara li ħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi, ġimgħa wara li waslu Malta fuq dgħajsa.

Jidher li huma ħarbu lbieraħ waranofsinhar u nstabu llum.

It-tnejn li huma wieġbu ħajta għall-akkużi.

Huma ngħataw sentenza ta’ sitt xhur ħabs kull wieħed.

More in Qrati u Pulizija