Żagħżugħ jeħel ħames snin ħabs wara li ammetta li attakka koppja b'ġebla biex seraqhom

Huwa ġie arrestat il-Ħadd filgħodu wara li seraq lill-koppja għall-ħabta tal-4am fi Triq il-Bullara.

Żagħżugħ ingħata sentenza ta’ ħames snin ħabs wara li ammetta li attakka koppja b’ġebla u seraqhom fix-Xagħra.

Huwa ġie arrestat il-Ħadd filgħodu wara li seraq lill-koppja għall-ħabta tal-4am fi Triq il-Bullara.

Ir-raġel ġie akkużat li seraq diversi oġġetti ta’ ġojjellerija.

Huwa kkawża wkoll ġrieħi gravi fuq il-mara ta’ 55 sena u ġrieħi ħfief fuq ir-raġel ta’ 58 sena. 

Ir-raġel kien akkużat ukoll li kkommetta reat waqt perjodu attiv ta’ libertàkundizzjonata imposta fuqu mill-Qorti.

More in Qrati u Pulizija