Il-ġuri dwar iż-żewġt irġiel akkużati li ħatfu u stupraw tfajla Taljana riesaq lejn it-tmiem tiegħu, sebat ijiem wara li beda jinstema’ wara l-bibien magħluqa.
Skont sorsi fil-Qorti, jirriżulta li l-ġurati bħalissa qed jiddeliberaw bil-verdett mistenni jingħata llejla.
Iż-żewġt irġiel, mill-Burkina Faso u n-Niġerja, qed ikunu akkużati li ħatfu Taljana mill-Bajja ta’ San Ġorġ f’Lulju tal-2016.
Il-Pulizija kienu sabu vettura f’Pembroke. Raġel kien fuq barra u telaq jiġri malli lemaħ il-Pulizija.
L-akkużat l-ieħor kien fil-karozza, mingħajr qalziet, bl-allegata vittma tgħajjat għall-ajjut.