Tinżamm arrestata wara sensiela ta' serqiet mill-Fgura u r-Raħal Ġdid

Il-mara li għanda storja twila ta’ każijiet ta’ serq

Mara ta' 38 sena mill-Belt Valletta baqgħet tinżamm taħt arrest preventiv wara li ġiet mixlija b’ħames serqiet differenti.

Fil-Qorti l-prosekuzzjoni qalet li allegatament l-mara serqet kartiera minn dar ġor-Raħal Ġdid u pouch minn dar oħra aktar tard filgħaxija. 

Apparti minn dan hi kienet akkużata b’serqa  ta’ €120 minn dar oħra fir-Raħal ġdid nhar it-12 ta’ Ġunju u b’serqa ta’ mowbajl mill-Fgura fil-bidu ta’ Awissu.

Il-mara li għanda storja twila ta’ każijiet ta’ serq hi kienet akkużata wkoll il-mara ġiet akkużata b'serq aggravat, b’serq bl-użu ta’ vjolenza u li kienet riċediva.

L-avukat tad-difiża Joe Giglio qal lill-Maġistrat May Grima li l-akkużata qed twieġeb mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha. Madanakollu huwa ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.

Fid-dawl ta’ dan kollu l-mara se tinżamm taħt arrest.

More in Qrati u Pulizija