Jinżamm arrestat fuq akkużi li seraq minn kaxxi tal-ġbir għall-karità

Fil-Qorti huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. 

Raġel ta’ 34 sena mis-Siġġiewi baqa’ miżmum arrestat wara li ġie mixli li b’serq ta’ diversi kaxxi tal-ġbir għall-karità. L-akkużat kien mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja u li ttallab il-flus minn għand il-pubbliku f’Ħal Qormi.

Huwa ġie arrestat illum wara li seraq kaxxa tal-ġbir għall-karità minn spiżerija fis-Siġġiewi.

Fil-Qorti huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. 

Fis-sentenza tagħha l-Qorti ordnat lir-raġel jinżamm taħt arrest u li jingħata attenzjoni medika minħabba l-vizzju tad-droga.

More in Qrati u Pulizija