Sentejn ħabs għal omm Liam Debono wara sensiela ta' serqiet

L-ILLUM kienet żvelat illi omm Debono f’numru ta’ okkażjonijiet talbitu biex iwassalha d-Detox ħalli tkun tista’ tieħu l-methadone

Omm Liam Debono
Omm Liam Debono

Illum il-Qorti kkundannat lil omm Liam Debono, Charlotte Zammit, s-sentenza ta' sentejn ħabs wara li nstabet ħatja li serqet flus minn diversi pompi tal-petrol madwar Malta fosthom fir-Raħal Ġdid, Ħaż-Żabbar, Attard, Ħal Qormi, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa.

Zammit hi omm Liam Debono li attwalment jinsab mixli bl-attentat ta’ qtil tal-Pulizija, Simon Schembri. Reċentement Debono ukoll ġie kkundannat sentenza ta' priġunerija wara li reġa' nqabad issuq mingħajr liċenzja u polza tal-assigurazzjoni. Huwa qiegħed jiskonta s-sentenza ta' ħames snin ħabs.

Il-Maġistrat Neville Camilleri rrakkomanda li l-mara tibda programm ta' riabilitazzjonii sabiex tegħleb il-vizzju tad-droga.

Kienet din il-gazzetta li żvelat illi omm Debono f’numru ta’ okkażjonijiet talbitu biex iwassalha d-Detox ħalli tkun tista’ tieħu l-methadone, minħabba li kienet tagħmel użu mill-eroina. Dan anke jekk Debono kien u għadu taħt l-età u allura ma jistax isuq.

More in Qrati u Pulizija