Kumpilazzjoni Hugo | Is-seduta tieqaf ħesrem wara li xhud qabad jgħajjar lill-akkużat

...l-akkużat beda jitbissem u jgħaddi kummenti sarkastiċi waqt li beda jixhed ir-raġel ta' oħt Hugo Chectuti

Il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ kontra Bojan Cmelik’s akkużat bil-qtil ta’ Hugo Chetcuti kellha tieqaf ħesrem wara li wieħed bix-xhieda qabad jgħajjar lill-akkużat, wara li ġie pprovokat.

Ir-raġel ta’ oħt Hugo Chetcuti kien qiegħed jixhed fil-Qorti iżda ma felaħx għal mossi u kummenti sarkastiċi li beda jgħaddi Cmelik u kien hawn li ma felaħx iżjed u nfexx jgħajjat.

Dan ix-xhud huwa l-operations managar f’sitta mill-istabbilimenti ta’ Chetcuti.

“Impjegajt lil ħuh f’Mejju tal-2016 għal bidu kien barman tajjeb,” beda jispjega x-xhud iżda malajr biddel i-tonn meta l-akkużat beda jitbissem. “Kien qed jaħdem ma' dan il-ħ*ra. Idħak idħak ħ*rja.”

Il-Maġistrat Marseanne Farrugia ordnat lix-xhud biex joħroġ mill-awla. “Haw, Boss,” qallu l-akkużat waqt li kien ħiereġ.

L-Avukat Joe Giglio insista li l-akkużat daħak għadd ta’ drabi waqt is-seduta b’mod partikolari meta ssemmew id-daqqiet tas-sikkina.

“Ma semmejt xejn qabel biex ma ntellifx il-proċedura. Nispera li tifhem l-emozzjonijiet tal-familja,” qal l-Avukat lill-Maġistrat.

Kien hawn li l-Ispettur Nicolai Sant ippospona s-seduta għal darb’oħra biex ix-xhud jilħaq jikkalma sew.

More in Qrati u Pulizija