Għall-ħabta tas-12:45, il-Pulizija ġew infurmati li kienet seħħet serqa minn spiżerija fi Triq 21 ta’ Settembru, Naxxar.
Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li żewġt irġiel mgħammda, daħlu fl-ispiżerija u talbu l-flus lit-tliet kaxxiera li jaħdmu hemm, mara ta’ 25 sena min-Naxxar u oħra ta’ 50 sena minn Ħ’Attard, flimkien ma’ raġel ta’ 49 sena minn Birkirkara.
Iż-żewġ ħallelin ħarbu minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.
L-investigazzjonijiet mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.