Ir-relazzjoni tiegħi ma’ marti hi waħda b’saħħita – Konrad Mizzi

Tkompli l-kawża ta’ libell kontra Daphne Caruana Galizia

Għalkemm qed jgħixu f’pajjiżi apparti, huma jaraw lil xulxin ta’ spiss
Għalkemm qed jgħixu f’pajjiżi apparti, huma jaraw lil xulxin ta’ spiss

“L-allegazzjonijiet li jiena għandi xi tip ta’ relazzjoni amoruża ma’ Lindsey Gambin huma ‘foloz u immorali’. L-unika relazzjoni li għandi ma’ Gambin hi strettament waħda professjonali.” Dan qalu l-Ministru Konrad Mizzi meta dalgħodu kien qed jixhed quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale hekk kif illum kompliet tinstema' l-kawża ta’ libell li Mizzi u martu qed jagħmlu kontra Daphne Caruana Galizia.

Mizzi qal li bħala politiku hu jifhem li se jiġi ffaċċjat minn kritika fuq xogħolu iżda saħaq li f’dan il-każ, fejn Caruana Galizia attakkatu personalment u lil familtu b’artiklu bbażat fuq gidba, inqabez kull limitu.
Fix-xhieda tiegħu Mizzi ċaħad ukoll li Lindsey Gambin marret miegħu għal żjara fiċ-Ċina u sostna li għalkemm bħala PRO tista’ ssiefer fuq xogħol, hi qatt ma marret Beijing.

Ix-xhud iddeskriva r-relazzjoni tiegħu ma’ martu Sai Mizzi Lang, li flimkien għandhom żewġt itfal, bħala waħda tajba u għalkemm qed jgħixu f’pajjiżi apparti, huma jaraw lil xulxin ta’ spiss.
 

More in Qrati u Pulizija