Stħarriġ ġdid juri li l-Partit Laburista għadu jżomm vantaġġ ta’ madwar tlietpunti perċentwali fuq il-Partit Nazzjonalista, filwaqt li l-Prim MinistruRobert Abela jżomm vantaġġ aktar ċar fuq il-kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg f’termini ta’ min hu l-aktar fdat biex imexxi l-pajjiż.
L-istħarriġ juri li l-PL għandu appoġġ ta’ 48.2%, filwaqt li l-PN għanduappoġġ ta’ 45.6%. Il-bqija tal-voti jinqasmu bejn partiti oħra, bl-ADPD bi 3.7% u l-Partit Momentum bi 2.1%.
Id-distakk bejn iż-żewġ partiti (2.6 punt) naqas ftit meta mqabbel mal-istħarriġ ta’ Jannar, meta kien ta’ 3.2 punti. Ibbażat fuq turnout proġettat ta’ madwar 81%, simili għal dak irreġistrat fl-aħħar stħarriġ, dan id-distakkjissarraf f’vantaġġ ta’ madwar 7,500 vot favur il-PL.
L-istħarriġ sar fuq kampjun ta’ 784 persuna intervistati matul l-aħħarġimagħtejn, perjodu li kkoinċida ma’ tensjoni politika akbar marbuta mal-ħatra tal-Prim Imħallef u ma’ instabbiltà internazzjonali akbar marbuta mal-gwerra fil-Lvant Nofsani.
Ir-riżultati jikkonfermaw ukoll li l-PL għadu penalizzat minn rata ogħla ta’ astensjoni fost votanti tiegħu tal-elezzjoni tal-2022. Madwar 13.3% ta’ dawkli vvutaw PL fl-aħħar elezzjoni issa jgħidu li ma jivvutawx, filwaqt li biss5.6% tal-votanti tal-PN tal-2022 jindikaw l-istess intenzjoni. Dan jibqa’ l-aktar fattur li jispjega għaliex id-distakk bejn iż-żewġ partiti naqas b’modsinifikanti meta mqabbel mas-supermajority li kellu l-PL fl-2022.
L-istħarriġ juri wkoll spustament iżgħar favur il-PN. Waqt li 6% tal-votantiLaburisti fl-2022 beħsiebhom jivvutaw PN, huma biss 3.7% tal-votanti Nazzjonalisti fl-2022 li issa beħsiebhom jivvutaw PL.
Madankollu minkejja d-distakk relattivament żgħir bejn il-partiti fil-mistoqsija dwar min hu l-aktar fdat biex imexxi l-pajjiż, Robert Abela jikseb 44.1% filwaqt li Alex Borg jikseb 37.7%, bi 18.2% jgħidu li ma jafdaw lilħadd mit-tnejn li huma. Il-vantaġġ ta’ Abela żdied b’punt meta mqabbel ma’ Jannar, hekk kif il-fiduċja fih żdiedet bi 2.8 punti filwaqt li Borg irreġistrażieda iżgħar ta’ 1.8 punti.
L-istħarriġ juri wkoll li ż-żewġ mexxejja huma fdati mill-maġġoranza l-kbira tal-votanti tal-partiti rispettivi tagħhom. Madwar 94.6% tal-votanti Laburisti jgħidu li jafdaw lil Abela, filwaqt li 87.4% tal-votanti Nazzjonalisti jafdaw lil Borg.
Madankollu, il-kategorija tal-votanti li bħalissa ma jivvutawx tidher aktarinklinata li tafda lil Abela milli lil Borg. Filwaqt li 63% minn dawn jgħidu li ma jafdaw lil ħadd mit-tnejn, 24.8% jafdaw lil Abela u biss 12.3% jafdaw lilBorg. Dan jissuġġerixxi li l-PL jista’ jkollu aktar spazju biex jikber jekkjirnexxilu jimmobilizza mill-ġdid parti minn dawn il-votanti.
L-istħarriġ juri wkoll li Abela hu iktar fdat minn Borg fost iż-żgħażagħ ta’bejn is-16 u l-35 sena b’vantaġġ kważi ta’ 8 punti minkejja li l-PN igawdivantaġġ ta’ kważi 7 punti fost din il-kategorija.
Fl-istess stħarriġ, il-gvern immexxi minn Abela kiseb punteġġ medju ta’ 3 minn 5 fuq skala ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu, punteġġ li jibqa’ stabbli meta mqabbel mal-istħarriġ preċedenti u li jindika livell sodisfaċentita’ approvazzjoni għall-ħidma tal-gvern.