Il-Partit Nazzjonalista rreġistra defiċit ta' €700,000 fl-2024
Il-Partit Nazzjonalista mexxa kampanja elettorali affordabbli fl-2024, b’infiq ta’ €250,000 biss
More in Politika
Il-Partit Nazzjonalista mexxa kampanja elettorali affordabbli fl-2024, b’infiq ta’ €250,000 biss
Ir-rapporti finanzjarji awditjat għas-snin 2021-2024 approvati mill-Kunsill Amministrattiv tal-PN ġew preżentati lill-Kummissjoni Elettorali nhar il-100 jum ta' Alex Borg bħala Kap tal-partit.
Ir-rapport tal-2024 juri li l-partit għandu €11.7 miljun f’obbligazzjonijiet li għad iridu jitħallsu. Id-defiċit tiegħu għas-sena elettorali jammont għal €737,733.
Il-PN kien jirreġistra surplus kieku mhux għall-ishma tiegħu f’Media.Link Communications, id-diviżjoni medjatika tal-partit. Dan l-involviment wassal għal nefqa ta’ tnaqqis fil-valur (impairment) ta’ €1.06 miljun.
Il-fond akkumulat tal-partit jpoġġi lill-PN €9.8 miljun f’negattiv.
Il-kap tal-PN Alex Borg indirizza konferenza tal-aħbarijiet it-Tnejn filgħodu biex iħabbar is-sottomissjoni tal-kontijiet u jelenka sensiela ta’ miri li ntlaħqu fl-ewwel 100 jum tiegħu bħala kap tal-partit.
“Aħna trasparenti, responsabbli u għandna l-kredibbiltà li nmexxu pajjiż,” qal Borg ftit wara li l-kontijiet ġew ippreżentati lill-Kummissjoni Elettorali.
Matul il-konferenza qal li l-partit għandu dejn akkumulat ta’ €11.7 miljun, b’referenza għall-obbligazzjonijiet tal-2024. Madankollu, sostna wkoll li l-partit għandu biżżejjed assi biex ikopri d-djun tiegħu.
Il-Partit Nazzjonalista għandu €14.7 miljun f’proprjetà u assi oħra mhux kurrenti, filwaqt li għandu biss €1.4 miljun f’assi kurrenti. Intant, l-obbligazzjonijiet fit-tul tiegħu jammontaw għal €9 miljun, filwaqt li l-obbligazzjonijiet fuq żmien qasir huma stmati għal €2.6 miljun.