Robert Abela jrid jillimita kemm it-tobba jirrapportaw nisa li għamlu abort

Il-Prim Ministru Robert Abela jitkellem fuq ONE Radio fejn qal li l-biża’ mill-konsegewnzi legali qed jipperikola l-ħajja tan-nisa li għamlu abort 

Il-Gvern qed jikkunsidra tibdil fil-liġi dwar is-Sigriet Professjonali biex jiġi żgurat li t-tobba ma jirrappurtawx nisa li jfittxu kura medika wara abort mingħajr il-kunsens espliċitu tagħhom. 

Il-Prim Ministru Robert Abela kien qed jitkellem fuq ONE Radio ftit jiem wara li mara ngħatat sentenza ta’ 22 xahar ħabs sospiża għal sentejn wara li għamlet abort. 

Il-mara ta’ 28 sena kienet marret l-isptar wara li ħasset uġigħ. Hi qalet lit-tobba li kienet għamlet abort wara li xtrat pilloli mill-internet. 

Abela ammetta li ħafna nies kienu jaħsbu li konsegwenzi legali bħal dawn kienu improbabbli, u żied li din is-sentenza turi kif ħafna nisa Maltin li jużaw pilloli għall-abort spiss ikollhom kumplikazzjonijiet mediċinali wara. 

Madankollu, il-biża’ mill-konsegwenzi legali qed iżżommhom milli jfittxu kura fl-isptar, u dan qed ipoġġi saħħithom u ħajjithom f’riskju. 

Abela saħaq li l-Gvern m’għandux intenzjoni li jbiddel il-liġi tal-abort f’Malta u lanqas li jagħmel l-abort dekriminalizzat, iżda qed jipproponi li d-dritt tat-tobba li jirrappurtaw każijiet bħal dawn ikun limitat għas-sitwazzjonijiet fejn il-mara tagħti l-kunsens tagħha. 

Fl-2023, il-Gvern kien ipprova, iżda falla li jipproteġi saħħet in-nisa, u minflok għażel li jagħti d-dritt lit-tobba li jwaqqfu t-tqala jekk is-saħħa tal-mara tkun f’periklu serju li jista’ jwassal għall-mewt tagħha. 

Is-Sibt, Abela ddefenda r-riformi kontroversjali fil-qasam tal-ippjanar, u qal li l-liġijiet il-ġodda huma mistennija joffru iktar ċertezza legali u ġustizzja fil-proċessi tal-ippjanar u l-appelli. 

Dwar l-irregolarizzazzjoni tal-iżviluppi illegali, Abela qal li r-regolamenti l-ġodda għandhom l-għan li jagħtu trankwillità u mhux li jikkastigaw. 

Waqt li Abela kien qed jitkellem fuq ONE, il-predeċessur tiegħu Joseph Muscat iddeskriva l-mod kif il-Gvern mexa dawn il-bidliet bħala “froġa”. 

Abela semma wkoll regolamenti ġodda fuq l-użu ta’ art agrikola li ġew introdotti biex tissaħħaħ is-sigurtà alimentari. Ir-riforma tirrikjedi li l-art tiġi rreġistrata u tinżamm kull sena iżda ma tinvolvix l-użu tal-art minn familji. Fejn is-sidien mhumiex magħrufa, il-Gvern se jipprova jidentifikahom qabel ma jippermetti lill-bdiewa jużawha. 

 

More in Politika