“Froġa” jgħid Muscat lil Abela dwar ir-riforma fil-liġi tal-ippjanar
L-eks Prim Ministru Joseph Muscat jindirizza l-bidliet fil-liġi tal-ippjanar fuq Facebook

More in Politika
L-eks Prim Ministru Joseph Muscat jindirizza l-bidliet fil-liġi tal-ippjanar fuq Facebook
Joseph Muscat, l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista, għajjar lil gvern li għamel "froġa" fir-riforma tal-liġi tal-ippjanar.
Muscat qal li kien inkwetat meta ra r-reazzjonijiet lejn dawn it-tibdiliet u beża li “l-Gvern żelaq fin-niexef.”
Hu qal enfassiza l li sabiex wieħed ikollu tinda li ma tidher minn imkien, qabel ried ikollok permess u issa le, kif ukoll il-punt li l-multa għall-iżviluppi illegali ser tiżdied minn €50 għal €2,000 kuljum, bla limitu. Muscat jiddeskrivi dan bħala “pass qawwi ħafna kontra l-abbuż”.
Skontu, s-sitwazzjoni kurrenti tippermeti l-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-Ministru kkonċernat sabiex jinjoraw il-policies eżistenti, imma l-bidla proposta tikkonċerna reviżjoni parzjali tal-Local Plan u li se jkun l-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorita' tal-Ippjanar li jikkunsidra dawn l-applikazzjonijiet fejn 75% jew aktar tas-sidien involuti jaqblu bejniethom.
Muscat jappoġġja l-għajta tal-għaqdiet non-governattivi li m’hemmx għalfejn il-ministru jingħata l-poter sabiex iġedded permessi skaduti, proċedura li saret waqt il-pandemija tal-COVID19.
Wara l-analiżi tiegħu, Muscat ikkonkluda li l-interpretazzjonijiet differenti ta’ dawn it-tibdiliet qed joħolqu ħafna impressjonijiet differenti. “Iżda l-fatti jibqgħu fatti u din hija liġi li fil-biċċa l-kbira tagħha ttejjeb fuq ta' bħalissa.”
Huwa jgħalaq billi jgħid li l-gvern “għamel froġa medjatika” fir-rigward ta’ kif ġiet ippubblikata l-liġi l-Ġimgħa “bla kliem u bla sliem”, u imbagħad tkellem dwarha t-Tnejn ta’ wara.
Muscat tella’ dan waqt li l-Prim Ministru Robert Abela kien qiegħed fuq intervista ma’ Manuel Micallef fuq il-Ġid tal-Pajjiż.
Aqra wkoll: Tibdiliet kontroversjali fil-liġijiet tal-ippjanar