Sena wara li Scicluna ssospenda ruħu mill-irwol ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali wara pressjoni kbira minn Robert Abela, huwa reġa’ rritorna wara talba lill-Prim Ministru u lill-Ministru tal-Finanzi. Is-sospensjoni ta’ Scicluna kienet rigward il-fatt li qed jaffaċċja proċeduri kriminali wara l-pubblikazzjoni tal-inkjesta Vitals. Dakinhar Robert Abela kien għamel plejtu kbira u qal li Scicluna għandu jirriżenja.
Il-gazzetta ILLUM għamlet talba lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Ewropew Christine Lagarde rigward il-ħatra mill-ġdid ta’ Edward Scicluna bħala individwu li qed jaffaċċja akkużi kriminali. L-ECB irrispondew li ma jistgħux jikkummentaw fuq l-ingaġġ mill-ġdid ta’ Scicluna.”
Ta’ min wieħed jinnota li Lagarde stess affaċċjat akkużi ta’ negliġenza dwar pagament ta’ €400 miljun li sar mill-intraprenditur Tapie lill-bank Franċiż waqt li hi kienet il-Ministru għall-Finanzi ta’ Franza, u kienet instabet ħatja u kundannata mill-Qorti Franċiża imma xorta waħda baqgħet għaddejja bix-xogħol tagħha.