Addijo Malta: Metsola ssib l-iskuża li ma tistax tabbundana Brussels

Diżappunt kbir għad-deċiżjoni ta’ Metsola, li kienet ikkampanjat bis-slogan ‘Hope’ (Tama) fis-snin ta’ qabel

Il-President Roberta Metsola - Ritratt ta' Daina Le Lardic - Parlament Ewropew
Il-President Roberta Metsola - Ritratt ta' Daina Le Lardic - Parlament Ewropew

Roberta Metsola li qed iservi ta’ President tal-parlament Ewropew ikkonfermat li mhux ħa tikkontesta għall-vakanza fil-post ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista minħabba l-impenn tagħha fil-Parlament Ewropew. L-aħbar ma kienitx sorpriża sa’ l-aħħar iżda ġiet biss wara reazzjoni xejn sabiħa minn ħafna deputati Nazzjonalisti.

Metsola, iddeċidiet li ma tikkontestax għall-kariga tal-kap tal-Partit Nazzjonalista, u argumentat li ma tistax tabbanduna r-responsabbiltajiet tagħha fil-Parlament Ewropew.  Dan seħħ wara rapporti li Metsola kienet qed tmexxi l-idea li hi tkun kap simboliku tal-PN u Adrian Delia l-eks kap tal-PN ikun il-kap ta’ l-oppożiżżjoni.  

“Matul l-aħħar jiem ippruvajt insib formula li biha ngħin lill-Partit bl-aħjar mezz possibbli, filwaqt li nwettaq dmiri b’responsabbiltà bħala President tal-Parlament Ewropew. Impenn li ma nistax inħallih nofs triq,” qalet Metsola li hu magħrufa għal pożizzjoni pro-Iżraelita. 
Metsola qalet hekk f'post fuq Facebook is-Sibt filgħodu. “Nifhem li din il-formula ma tistax tkun bija bħala l-kap li jmiss tal-Partit.”

Fl-aħħar ġranet Metsola kienet qed iċempel u titkellem mad-deputati Nazzjonalisti biex tispjegalhom u tipprova tikkonvinchom bil-proposta tagħhom, imma kienet sorpriża bl-atteġġjament negattiv ta’ ħafna deputati li ma setgħux jifhmu kif Metsola setgħet tipproponi lil Delia bħala kap ta’ l-Oppożiżżoni li għalihom kif ifisser ritorn għall-passat.

L-avvenimenti tal-aħħar ġimgħa ġew eskalati wara r-riżenja ta’ Bernard Grech bħala kap tal-Partit Nazzjonalista wara sondaġġ tal-MaltaToday li wera distakk ta’ 40,000 vot bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.

More in Politika