Arnold Cassola u Jon Mallia jitolbu għal dibattitu fuq il-kwistjoni tal-kuntratt ta’ Manoel Island

Iż-żewġ figuri jmaqdru l-kantaliena tal-Kap tal-Oppożizzjoni

Il-Gżira Manoel (Ritratt: Moviment Graffitti)
Il-Gżira Manoel (Ritratt: Moviment Graffitti)

Jon Mallia jistieden liż-żewġ kappijiet tal-partiti l-kbar sabiex jidibbatu l-kwistjoni b’mod pubbliku fejn Arnold Cassola talab għal dibattitu parlamentari

Fuq il-pjattaforma soċjali tal-Facebook, il-preżentatur tal-programm Il-Każin, Jon Mallia, esprima d-dispjaċir tiegħu rigward il-kuntratt ta’ Manoel Island, “Malta tinqasamli qalbi meta narahom jumiljawk.”

Mallia kompla, fejn stieden kemm il-Kap tal-Partit Laburista Robert Abela, kif ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sabiex jiddibatu din l-affari, avolja it-tnejn li huma għandhom l-istess ħsieb rigward il-kuntratt.

Il-Prim Ministru Robert Abela kien qal li sabiex Manoel Island terġa ssir tan-nies, ħa tiġi tiswa wisq mill-flus tat-taxxi, imma 60% tal-art ħa tkun miftuħa għall-pubbliku.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech tkellem fuq kif ma nistgħux nmorru lura mill-obligazzjonijiet tal-konċessjoni, waqt li faħar l-idea tal-petizzjoni li l-art terġa ssir tal-poplu.

Iż-żewġ stqarrijiet ħolqu kaws nazzjonali, bl-għaqda Moviment Graffitti toħroġ risposta għaż-żewġ kappijiet, fejn l-għaqda sostniet il-punt li l-proġett kellu jkun kważi lest sa’ Marzu tal-2026, jekk le l-gvern għandu d-dritt legali li jirrevoka l-kuntratt.

Arnold Cassola, iċ-Chairperson tal-Partit Momentum, tkellem ukoll fuq il-biċċa. Il-Partit Momentum kien u għadu vokali fuq l-affari tal-konċessjoni ta’ Manoel Island. 

“L-inqas ħaġa li seta għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni kienet li jilqa dibattitu fil-parlament,” qal Cassola fi stqarrija. 

Iċ-Chairperson maqdar lil Bernard Grech, jgħid li dan mhux għaġir li tistena mingħand xi ħadd li “verament jimpurtah mill-opinjoni ta’ kulħadd.”

Cassola tefgħa lil Grech fl-istess keffa mal-Prim Ministru, u kompla jappella favur il-petizzjoni. Hu talab lill-Kumitat tal-Petizzjonijiet Parlamentari sabiex imexxi din il-petizzjoni mill-iżjed fis possibli.

More in Politika