Storja dwar l-interess ta' Alex Borg fit-tmexxija tal-PN iwassal għal diskussjoni interna

(Ritratt: Alex Borg/Facebook)
(Ritratt: Alex Borg/Facebook)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ artiklu dwar Alex Borg, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista fejn inkiteb kif id-deputat Għawdxi qed jimmira għall-kariga tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, kien hemm reazzjoni kbira fi ħdan il-PN dwar din l-istorja.

Fil-ġimgħat li għaddew Borg wera biċ-ċar li huwa jrid jieħu pożizzjoni differenti mill-Partit tiegħu stess.  Fosthom direzzjoni mhux marbut mal-kampanja tal-korruzzjoni. Borg skont l-artiklu jaf li għandu min fil-PN huwa kontrih iżda jaf li huwa popolari man-nies tat-triq.

Fl-artiklu jintqal li nies viċin Borg jemmnu li Roberta Metsola mhux se tiġi Malta u għalhekk din tiftaħ opportunità kbira lil Alex Borg. Borg ġej mill-fazzjoni tal-Eks Kap tal-PN Adrian Delia, Borg diġà wera li hu mhux favur il-politika tal-grupp Repubblika.

L-artiklu in kwistjoni indika li Borg lest biex jitkellem u ma jistenniex lill-PN biex jieħu pożizzjoni, u anzi ħafna drabi jitkellem differenti mill-PN. Dan stajna narawh f’żewġ dikjarazzjonijiet li għamel f’dawn l-aħħar ġranet. Waħda fuq id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea fuq il-bejgħ ta’ passaporti u t-tieni fuq id-deċiżjoni tal-Gvern li jillimita l-persuni li jżuru Blue Lagoon ġewwa Kemmuna. 

Borg ma ddejjaqx jesprimi l-inkwiet tiegħu li t-tmiem tal-bejgħ tal-passaporti kien inkwetanti. Konxju aktarx li l-biċċa l-kbira mill-operaturi li joffru servizzi huma infatti Nazzjonalisti akkaniti. Dan ikkuntrasta bil-kbir mad-dikjarazzjonijiet ta’ Roberta Metsola u ta’ Bernard Grech dwar il-passaporti tad-deheb. 

Meta tkellem fuq Kemmuna, Borg kixef il-popoliżmu tiegħu meta stqarr li l-Maltin m’għandhomx ikunu kostretti fejn imorru u x’jagħmlu.  Meta infatti l-attentat li jkun hemm limiti fuq kemm jidħlu l-Blue lagoon kien attentat biex jitnaqqas l-impatt ambjentali.

L-artiklu enfasiża li Borg b’diskorsi moderat u appoġġjat minn tim żgħir u professjonali, qed jimmira għall-iktar kariga kruċjali fil-PN. U jidher li tant hemm frustrazzjoni min-Nazzjonalisti ta’ ġewwa bil-logħob bil-kliem ta’ Metsola dwar jekk hix ġejja jew le, li issa qishom qed jaċċettaw il-fatt li Alex Borg jista’ jkun l-aħjar għażla għat-tmexxija futura fil-PN. 

Wara li deher dan l-artiklu, kien hemm żewġ reazzjonijiet, waħda minn bosta Nazzjonalisti li kienu interessati fil-kontenut tal-artiklu u kif ukoll rabja għal fatt li Alex Borg u l-mara ġew deskritti bħala 'raġel il-ġmiel tiegħu' u l-mara tiegħu bħala 'attraenti.'  Dawn il-kummenti tneħħew mill-kitba oriġinali wara kritika li dawn kienu kummenti ‘sessisti’.  Kien hemm saħansitra akkuża l-gazzetta kienet dilettanteska apparti ħafna aġġettivi oħra ‘sbieħ’ mill-pubbliku.

Nota Editorjali:   Il-gazzetta ILLUM għażlet li tneħħi l-artiklu oriġinali wara l-użu ħażin u skorett ta’ ċertu kliem.  Jibqa l-fatt li dan ma jbiddel xejn mit-tema oriġinali li Alex Borg huwa kkunsidrat bħala kandidat ewlieni bħala kap tal-Partit.

More in Politika