Il-President tal-Istati Uniti Trump jgħid li rrabjat mal-President Russu Vladimir Putin wara kummenti li kkritika l-kredibilita tal-President Ukren Volodymyr Zelensky.
Trump qal li l-kummenti tal-president Russu, fejn talab għall-gvern tranżitorju fl-Ukraina sabiex Zelensky jiġi mkeċċi, mhumiex "sejrin fid-direzzjoni t-tajba."
"Jekk jien inħossni li qiegħdin f'nofs in-negozjati, tista tgħid li jien kont vera rrabjat u qabżitli meta Putin ilbieraħ tkellem fuq il-kredibilita ta' Zelensky, għax mhux sejrin fid-direzzjoni t-tajba," qal f'intervista fuq it-telefon il-Ħadd.
Hu qal li jekk ir-Russja mhux lesta tagħmel ftehim sabiex twaqqaf il-gwerra fl-Ukrajna, fejn Trump ħass li dan it-tort tar-Russja, mela hu ħa jimponi tariffi fuq "iż-żejt kollu li joħroġ mir-Russja."
Trump qal li Putin jaf li hu rrabjat imma żied li hu għandu relazzjoni tajba ma' Putin u li r-rabja tgħaddi wara ftit, jekk hu jagħmel dak li suppost.
Il-President Amerikan jgħid li qed jippjana sabiex jerġa jitkellem ma' Putin din il-ġimgħa.