Michael Piccinino, il-predeċessur ta’ Charles Bonello bħala s-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, ħa jifforma parti minn kummissjoni interna li ħa tkun responsibbli li tirriforma l-istatut tal-partit.
Piccinino ħabar dan nhar il-Ġimgħa, fejn qal li l-partit stidnu f’din il-kummissjoni interna. In-nominazzjoni tiegħu fil-kummissjoni ġiet approvata il-Ħamis mill-eżekuttiv tal-PN.
Piccinino kien ħabar li ħa jinżel minn segretarju ġenerali f’Settembru li għadda, wara tliet snin f’dik il-pożizzjoni.
L-istatut tal-PN ġie emendat l-aħħar fl-2020. Fost it-tibdiliet li saru, kien hemm tibdila fl-istruttura ta’ min imexxi fejn il-kap kellu ħafna inqas poter.
L-istatut kien emendat l-istess sena li l-grupp tal-‘Blue Heroes’ keċċew lil Adrian Delia minn kap tal-partit