Ftit jiem qabel Jum il-Ħelsien, il-General Workers’ Union ikkomemorat dan l-avveniment storiku b’ċerimonja ta’ tifkira, fejn id-diskors ta’ Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali tal-unjin, ħa pożizzjoni simili tal-Partit Laburista rigward l-infiq fuq id-difiża Ewropea.
“L-Unjoni Ewropea, li oriġinarjament twaqqfet biex tippromwovi l-paċi u djalogu soċjali biex tipprevjeni l-gwerer, illum qed tagħti prijorità lill-infiq fl-armamenti,” qal b’mod skjett Bugeja. Hu kompla joħloq dubju fuq kemm vera l-Ewropa trid il-paċi bil-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea b’nefqa ta’ €800 miljun fuq is-sigurta Ewropea.
Robert Abela kien tal-istess ħsieb, wara li hu kien ivvota favur din il-proposta mal-mexxejja Ewropej l-oħra.
Bugeja kompla jgħid kif bħalissa hemm numru ta’ pajjiżi Ewropej li qed inaqssu s-servizzi soċjali, din toħloq kuntrast maż-żieda tal-infiq militari u b’hekk qed jintilef l-ispirtu soċjali tal-Ewropa. Fid-diskors, hu jirrikonoxxi l-kunflitti internazzjonali kurrenti u qali kif il-GWU ħa tkompli tippromwovi il-valuri tal-paċi u l-ġustizzju kemm b’livell lokali kif ukoll dak internazzjonali.
Hu kompla jżid kif il-pożizzjoni newtrali ta’ Malta tiriffleti l-valuri ta’ Malta bħala pajjiż favur il-paċi u l-ġustizzja soċjali. Il-GWU sostna l-importanza tan-newtralita’, speċjalment il-pożizzjoni newtrali ta’ Malta li tintugħża sabiex tippromwovi l-paċi f’pjattaformi internazzjonali.
Waqt iċ-ċerimonja ta’ tqegħid tal-fjuri, Bugeja fakkar l-importanza tal-GWU waqt dan il-mument storiku li sar 46 sena ilu. Kien Ġorġ Agius, is-Segertarju Ġenerali tal-GWU attwali, li xegħel it-torċa tal-ħelsien, mal-Prim Ministru Duminku Mintoff. It-torċa li rrappreżentat t-tbatija li għamlu l-Maltin sabiex wara għexieren ta’ snin jiksbu s-sovranita’ tagħhom.