€1,500 għal motorin, imma bla liċenzja sa 21 Sena – Il-miżura l-ġdida tal-gvern għaż-żgħażagħ

Il-Ministeru tat-Trasport qed jikkunsidra skema ġdida biex inaqqas it-traffiku billi joffri €1,500 lil żgħażagħ ta' 17-il sena li jagħżlu li jsuqu motorin.  Madankollu, min jaċċetta l-iskema ma jkunx jista’ japplika għal liċenzja tas-sewqan tal-karozza qabel ma jagħlaq 21 sena.

Ritratt:Arkivji
Ritratt:Arkivji

Il-Ministeru tat-Trasport qed jikkunsidra skema ġdida biex inaqqas it-traffiku, din id-darba billi jħallas 1500 lil dawk ta’ 17-il sena biex isuqu motorin, bil-kundizzjoni li ma jkunux jistgħu japplikaw għal-liċenzja tas-sewqan tal-karozza qabel jagħlqu 21 sena.

MaltaToday irraportat li l-gvern qed jaħseb biex jagħti €1,500 lil kull persuna ta’ 17-il sena li tagħżel li tikseb liċenzja għal motorin, bl-għan li jwaqqaf iż-żgħażagħ milli jixtru karozza.

Madankollu, kull żagħżugħ jew żagħżugħa li jaċċetta dan l-inċentiv ma jkunx jista’ japplika għal-liċenzja tas-sewqan qabel l-età ta’ 21 sena.
Barra minn hekk, il-Ministeru qed jeżamina wkoll pjan biex iħallas €25,000 lil sewwieqa li jagħżlu li jirrinunzjaw għal-liċenzja tagħhom għal ħames snin. Skont rapport fil-Times of Malta, din il-miżura tapplika biss għal dawk li għandhom karozza u li ilhom isuqu f’Malta għal mill-inqas seba’ snin.

F’Novembru 2024, il-Ministru tat-Trasport Chris Bonett qal li l-gvern qed jikkunsidra inċentivi biex in-nies jirrinunzjaw għal-liċenzja tas-sewqan u, fil-każ taż-żgħażagħ, iwaqqafhom milli jiksbuha għal kollox.

Din hija parti minn pjan aktar wiesa’ biex is-settur tat-trasport jiġi riformat, b’miżuri li mistennija jidħlu fis-seħħ mit-tieni kwart tal-2025.

Fost il-proposti msemmija minn Bonett hemm, reviżjoni tar-rotot tal-karozzi tal-linja, żieda fil-parkeġġ f’żoni pubbliċi u koordinazzjoni aħjar tax-xogħlijiet fit-toroq.

 

More in Politika