Owen Bonnici ma jgħidx kemm il-Malta Enterprise nefqet fuq riklamar waqt il-Eurovision

Mhux l-ewwel darba li kien hemm il-ħabi rigward l-infiq tal-Eurovision

(Ritratt: Dipartiment tal-Informazzjoni)
(Ritratt: Dipartiment tal-Informazzjoni)

Bernice Bonello, kelliema tal-Partit Nazzjonalista għaż-Żgħażagħ u Spazji Miftuħa, staqsiet lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici kemm intefqu flus mill-Malta Enterprise għar-riklamar waqt Il-Malta Eurovision Song Festival. Għat-tieni darba, il-Ministru ta tweġiba ambigwa. 

“Ninsab infurmat li din l-informazzjoni hija waħda kummerċjalment sensittiva,” wieġeb il-Ministru fit-12 ta’ Frar meta saret l-ewwel darba din il-mistoqsija. Fis-seduta parlamentari ta’ nhar l-Erbgħa, Bonello reġgħet għamlet l-istess mistoqsija fejn imbagħad il-Ministru għamel referenza għall-ewwel tweġiba tiegħu. 

Din mhix l-ewwel darba li l-Gvern Laburista rrifjuta li jagħti d-dettalji kollha rigward infiq tal-Eurovision Song Contest. Is-sena l-oħra, meta saret pubblika l-ispiża totali tal-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-ESC, l-ispiża kienet t’iżjed minn €650,000 u din kienet rikjesta mingħand id-Daphne Caruana Galizia Foundation. 

Din ir-rikjesta kienet saret wara akkużi li fondi pubbliċi intużaw sabiex jagħtu spinta lill-probabbilitajiet ta’ Destiny fuq siti tal-logħob tal-azzard. Riżultat ta’ dan, Desinty dehret il-favorita li tirbaħ fuq bosta minn dawn is-siti. 

More in Politika