Dun Victor Grech fost erba' persuni rrikonoxxuti mill-PN għax-xogħol siewi fis-soċjetà
Carmel Borg, Robert Louis Fenech, Mary Muscat u l-Monsinjur Victor Grech jiġu rikonoxxuti mill-Partit Nazzjoanlista għax-xogħol tagħhom fil-kommunità fi tmiem il-Ġimgħa tal-Ġustizzja Soċjali
minn Ilenia Debono
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, flimkien max-Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Pensjonijiet u l-Ġlieda Kontra l-Faqar Ivan Bartolo, organizzaw attivita fejn ġie diskuss l-importanza tal-ġustizzja soċjali. Fl-aħħar ingħata rikonoxximent lil erba' personalitajiet li ddeddikaw xogħol għal-ġustizzja soċjali.
"Minn dak li rajna din il-ġimgħa, u minn dak li smajna minn fomm persuni li tkellmu pubblikament, segwejna forom ta’ esklużjoni u inġustizzji marbutin flimkien b’ħajta li ma tidhirx," kienu l-kliem ta' Bernard Grech.
Grech Flimkien ma' Bartolo enfassizaw il-messaġġ li twassal din il-ġimgħa favur il-ġustizzja soċjali, hekk kif meta wieħed ma jieħux dak li ħaqqu, tkun qed titnaqqas id-dinjita' tiegħu. Dan sar wara l-konferenza tal-PN dwar il-kriżi tal-għoli tal-ħajja mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni kontra l-għoli tal-ħajja Ivan Castillo.
Carmel Borg, Robert Louis Fenech, Mary Muscat u l-Monsinjur Victor Grech kienu l-erba' personalitajiet li ġew rikonoxxuti.
Borg huwa akkademiku li jiffoka xogħolu u l-attivizmu tiegħu fuq l-edukazzjoni, id-demokrazziju u l-ġustizzja soċjali.
Fenech huwa attivisti li kien prominenti fil-kampanja għal bidla fit-tmexxija tal-ħabs.
Muscat hija għalliema tal-Ligi li toffri s-servizzi tagħha bħala avukat tat-għajnuna u tagħmel parti mill-Bord ta' Dar Hosea.
Dun Victor Grech ħalla din id-dinja aktar kmieni dan ix-xahar. Huwa kien id-Delegat tal-Arċisqof għall-Ħidma Soċjali u Karitattiva fil-Knisja, kif ukoll serva ta' Direttur tal-Caritas Malta. Il-premju ta'Dun Grech ġie ppreżentat lil Anthony Gatt, id-Direttur attwali tal-Carita.
Fl-aħħar ta' dan l-avveniment, Ivan Bartolo ppreżenta donazzjoni lill-Fondazzjoni OASI li ila mill-1991 tgħin individwi li jibgħatu mill-vizzji.
